Download Print deze pagina

Echo DCS-310 Gebruikershandleiding pagina 357

Advertenties

Qabel ma tipprova taqta' siġra, aqta' xi ftit zkuk
jew friegħi ta' siġar maqtugħin. Kun familjari sew mal-
kontrolli u r-risposti tas-serrieq.
Ixgħel l-apparat u ara li jkun qed jaħdem tajjeb.
M'hemmx bżonn tagħfas bil-qawwi biex is-serrieq jaqta'.
Jekk il-katina tkun imsinna tajjeb, il-qtugħ għandu jkun
relativament mingħajr sforz.
Xi materjal jista' jaffettwa b'mod avvers il-qafas tas-
serrieq mekkaniku (pereżempju aċidu tas-siġra tal-
palma, fertilizzant, eċċ.)
Biex tevita deterjorament tal-qafas, neħħi bil-mod it-trab
kollu ppakkjat tas-serrieq minn madwar l-isprokit u l-erja
tal-istanga gwida u aħsel bl-ilma.
11.2 QTUGĦ TA' SIĠRA
Stampa 10-12.
Siġra li tkun ser taqa' tista' tikkawża ħsara serja lil
kull ma tolqot - karozza, dar, ċint, linja tal-enerġija jew
siġra oħra. Hemm modi kif twaqqa' siġra fejn tridha u
allura iddeċiedi fejn għandha taqa' l-ewwel! Qabel ma
taqta' naddaf l-erja madwar is-siġra. Ser ikollok bżonn
pożizzjoni soda waqt li taħdem u għandek tkun tista'
topera s-serrieq mingħajr ma tolqot ebda ostaklu.
1. Imbagħad agħżel direzzjoni ta' rtirar.
Meta s-siġra tibda taqa' għandek tersaq lura 'l
bogħod mid-direzzjoni tal-waqgħa f'angolu ta' 45
gradi u tal-inqas 3 m miz-zokk tas-siġra ħalli
tevita li z-zokk jolqtok minn fuq il-biċċa spuntata
li waqgħet.
2. Ibda mill-qatgħa fuq in-naħa fejn tkun waqgħet
is-siġra.
a) Talja: 1/3 ta' dijametru u angolu minn 30˚ sa 45˚
b) Qatgħa ta' wara: 2.5 sa 5 cm iktar għolja
c) Injama ta' ċappetta mhux maqtugħa: 1/10 tad-
dijametru
Aqta' talja bejn wieħed u ieħor 1/3 tat-triq ġos-
siġra. Il-pożizzjoni ta' din it-talja hi importanti
għax is-siġra tipprova taqa' "ġewwa" t-talja.
Il-qtugħ tat-twaqqigħ isir fuq in-naħa opposta tat-
talja. Agħmel il-qtugħ tat-twaqqigħ billi tpoġġi l-
bamper bil-ponot tal-metall 2.5 cm sa 5 cm 'il fuq
mill-qiegħ tat-talja u ieqaf aqta' bejn wieħed u
ieħor 1/10 dijametru tat-tarf ta' ġewwa tat-talja
sabiex tħalli l-porzjon mhux maqtugħ tal-injama
bħala ċappetta.
Tippruvax taqta' sat-talja bil-qtugħ tat-twaqqigħ.
L-injam li jibqa' bejn it-talja maqtugħa u l-qtugħ
tat-twaqqigħ ser jaġixxi bħala ċappetta meta
taqa' s-siġra u jmexxiha fid-direzzjoni mixtieqa.
Meta s-siġra tibda taqa', waqqaf l-apparat, poġġi
s-serrieq fuq l-art u irtira kemm jista' jkun malajr.
3. Qtugħ ta' siġra kbira.
Malti
Biex taqta' siġra kbira.b'dijametru li jkun iktar
mid-doppju tat-tul tal-istanga, ibda l-qtugħ tat-
talja minn naħa waħda u iġbed is-serrieq għan-
naħa l-oħra tat-talja.
Ibda l-qatgħa ta' wara min naħa waħda tas-
siġra bil-bamper bil-ponot tal-metall ingaġġat u
dawwar is-serrieq biex jifforma t-talja mixtieqa
fuq dik in-naħa.
Imbagħad neħħi s-serrieq għat-tieni qatgħa.
Daħħal is-serrieq fl-ewwel qatgħa bir-reqqa
kollha biex ma tikkaġunax kickback.
Il-qatgħa finali ssir billi tmexxi s-serrieq 'il
quddiem fil-qatgħa ħalli jilħaq ċ-ċappetta.
11.3 KIF TAQTA' L-FRIEGĦI TA' SIĠRA.
Stampa 13.
Tisserrax 'il fuq mill-għoli tas-sider.
Biex taqta' l-friegħi ta' siġra li tkun waqgħet trid tagħmel
kważi l-istess bħallikieku qed tagħmel bucking.
Qatt tneħħi fergħa minn siġra meta tkun qed iżżomm
il-piż tiegħek.
Oqgħod attent mill-ponta meta tmiss friegħi oħra.
Dejjem uża jdejk it-tnejn.
Taqtax bis-serrieq fuq nett jew bl-istanga f'pożizzjoni
vertikali.
Jekk is-serrieq ikollu kickback, jista' jkun li ma jkollokx
kontroll biżżejjed tajjeb biex tevita korriment.
Kun af kif il-fergħa tkun stressjata
Jekk għandek friegħi ħoxnin, ibda minn barra għal
ġewwa biex tevita li l-istanga u l-katina jeħlu.
11.4 KIF TAGĦMEL BUCK TA' ZOKK
MAQTUGĦ
Stampa 14.
Oqgħod fuq in-naħa tat-telgħa tal-izkuk.
Bucking tfisser li tisserra zokk jew siġra li tkun waqgħet
f'biċċiet iżgħar. Hemm xi regoli bażiċi li japplikaw għall-
operazzjonijiet kollha ta' bucking.
Żomm idejk it-tnejn fuq il-mankijiet il-ħin kollu.
Appoġġja z-zkuk maqtugħin jekk hu possibbli.
Meta taqta' fuq xi telgħa jew niżla, dejjem oqgħod 'il
fuq.
Toqgħodx bilwieqfa fuq zokk maqtugħ.
357
KAWTELA
KAWTELA
NOTA
MT

Advertenties

loading