Download Print deze pagina

Echo DCS-310 Gebruikershandleiding pagina 350

Advertenties

1
DESKRIZZJONI
1.1
SKOP
Dan is-serrieq mekkaniku hu maħsub għall-qtugħ ta'
friegħi, zkuk ta' siġar, zkuk maqtugħin u travi ta'
dijametru determinat mit-tul tal-qtugħ tal-istanga gwida.
Hu maħsub biex jaqta' injam biss.
Għandu jintuża biss minn adulti f'applikazzjoni
domestika fuq barra.
Tużax is-serrieq mekkaniku ħlief għall-iskop imniżżel
hawn fuq.
Dan is-serrieq mekkaniku m'għandux jintuża għal
servizzi professjonali relatati mas-siġar. M'għandux
jintuża minn tfal jew minn persuni li ma jkollhomx
fuqhom tagħmir jew ilbies personali protettiv adegwat.
1.2
ĠABRA FIL-QOSOR
Stampa 1-24.
Għatu tal-istanga
1
gwida
MT
Protezzjonijiet tal-id
2
ta' quddiem/brejk
tal-katina
Manku ta' quddiem
3
(għall-manku tax-
xellug)
Imblokk tal-iswiċċ
4
tal-grillu
Swiċċ bi grillu
5
Tapp tat-tank taż-
6
żejt
Indikatur taż-żejt
7
Bamper bil-ponot
8
tal-metall
Katina tas-serrieq
9
10 Stanga gwida
11 Spanner
12 Manku ta' wara
(għall-manku tal-
lemin)
13 Aġġustatur tat-
tensjoni tal-katina
14 Għatu tal-isprokit
15 Skorfini tal-għatu
tal-isprokit
16 Lukkett għat-
tensjoni tal-katina
tas-serrieq
17 Sprokit
18 Tast li jirrilaxxa l-
batterija
Malti
19 Żbokk għaż-żejt
20 Kanal tal-istanga
21 Irbit tad-drive tal-
katina
22 Apparat tat-tqattigħ
23 Qtugħ talja
24 Qatgħa ta' wara
25 Ifilsa (meta jkun
hemm post)
26 Direzzjoni tal-
waqgħa
27 Metodi tad-draw-
across
28 Qtugħ tat-twaqqigħ
29 Ħalli l-friegħi tal-
appoġġ għall-aħħar
30 Żerżaq iz-zkuk tas-
siġar tal-appoġġ
maqtugħin taħt iz-
zokk tas-siġra
31 Ċappetta
32 Miftuħa
33 Magħluqa
34 1/3 dijametru. Biex
tevita qasma
35 Qatgħa mhux
b'saħħitha biex
tispiċċa
36 Isfel
37 Tarf mhux
appoġġjat
38 Fuq
2
TWISSIJIET ĠENERALI TA'
SIKUREZZA GĦAL GĦODDA LI
TAĦDEM BL-ENERĠIJA
Aqra t-twissijiet tas-sigurtà, l-istruzzjonijiet, l-
istampi u l-ispeċifikazzjonijiet kollha li hemm ma'
din l-għodda tal-elettriku. In-nuqqas li ssegwi dawn
l-istruzzjonijiet kollha jista' jwassal għal xokk elettriku,
nar u/jew korriment serju.
Żomm it-twissijiet u l-istruzzjonijiet kollha biex
tirreferi għalihom fil-futur.
It-terminu "għodda tal-elettriku" fit-twissijiet jirreferi għall-
għodda tal-elettriku tiegħek li taħdem bl-eneġija mill-
mejns (bil-fili) jew għal għodda tal-elettriku li taħdem
bil-batterija (mingħajr fili).
2.1
SIGURTÀ FL-ERJA TAX-XOGĦOL
Żomm l-erja tax-xogħol nadifa u mdawla sew.
Erjas ingombrati jew bid-dlam jistiednu aċċidenti.
Tużax għodda tal-elettriku f'atmosferi splussivi
bħal fil-preżenza ta' likwidi li jaqbdu, gassijiet
jew trab. Għodda tal-elettriku toħloq xrar li jista'
jqabbad it-trab jew id-duħħan.
Żomm it-tfal u n-nies preżenti 'l bogħod waqt
li topera għodda tal-elettriku. Id-distrazzjonijiet
jistgħu jwassluk biex titlef il-kontroll.
2.2
SIGURTÀ ELETTRIKA
Il-plaggs tal-għodda tal-elettriku jridu jaqblu
mas-sokit. Qatt m'għandek timmodifika l-plagg
bl-ebda mod. Tużax plaggs adapter ma' għodda
tal-elettriku ertjata (iggrawndjata). Plaggs mhux
modifikati u sokits li jaqblu jnaqqsu r-riskju ta' xokk
elettriku.
Evita l-kuntatt tal-ġisem ma' wċuħ ertjati jew
iggrawndjati bħal pajpijiet, radjaturi, kukers kbar
u friġis. Hemm riskju ikbar ta' xokk elettriku jekk
ġismek ikun ertjat jew iggrawndjat.
Tesponix l-għodda tal-elettriku għax-xita jew
kundizzjonijiet ta' tixrib. Jekk jidħol l-ilma ġo
għodda tal-elettriku, dan iżid ir-riskju ta' xokk
elettriku.
Oqgħod attent kif tuża l-wajer. Qatt tuża l-wajer
biex iġġorr, tiġbed jew taqla' minn mal-plagg
l-għodda tal-elettriku. Żomm il-wajer 'il bogħod
minn sħana, żejt, truf li jaqtgħu jew partijiet li
jiċċaqilqu. Wajers bil-ħsara jew imħabbla jżidu r-
riskju ta' xokk elettriku.
Meta tħaddem għodda tal-elettriku barra, uża
wajer tal-estensjoni tajjeb għall-użu barra. L-użu
ta' wajer tajjeb għall-użu barra jnaqqas ir-riskju ta'
xokk elettriku.
Jekk ma tistax tagħmel mod ieħor ħlief li tuża
għodda tal-elettriku f'post umdu, uża provvista
350
TWISSIJA

Advertenties

loading