Download Print deze pagina

Echo DCS-310 Gebruikershandleiding pagina 352

Advertenties

L-ixxortjar flimkien tat-terminals tal-batterija jista'
jikkawża ħruq jew nar.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet abbużivi, jistgħu
jinbeżqu likwidi mill-batterija; għalhekk, evita l-
kuntatt. Jekk aċċidentalment isir kuntatt, laħlaħ
bl-ilma. Jekk il-likwidu jiġi f'kuntatt mal-għajnejn,
fittex ukoll parir mediku. Likwidu li jinbeżaq mill-
batterija jista' jikkawża irritazzjoni jew ħruq.
Tużax pakkett tal-batterija jew għodda li tkun
bil-ħsara jew immodifikata. Batteriji bil-ħsara jew
immodifikati jistgħu juru mġiba imprevedibbli li
twassal għal nar, splużjoni jew riskju ta' korriment.
Tesponix il-pakkett tal-batterija jew l-għodda
għan-nar jew għal temperaturi eċċessivi. L-
esponiment għan-nar jew temperaturi 'l fuq minn
130°C jista' jikkawża splużjoni.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha tal-iċċarġjar u
tiċċarġjax il-pakkett tal-batterija jew l-għodda
barra mill-firxa ta' temperatura speċifikata
fl-istruzzjonijiet. Iċċarġjar mhux korrett jew
f'temperaturi barra mill-firxa speċifikata jistgħu
jagħmlu ħsara lill-batterija u jżidu r-riskju ta' nar.
MT
2.6
SERVIS
Ara li l-għodda li taħdem bl-enerġija tiġi
sservisjata minn persuna li ssewwi kkwalifikata
u li tuża biss partijiet tal-bdil identiċi. Dan jiżgura
li s-sikurezza tal-għodda li taħdem bl-enerġija tibqa'
mantenuta.
Qatt tagħmel service lil pakketti tal-batterija bil-
ħsara. Service ta' pakketti tal-batterija għandu jsir
biss mill-manifattur jew minn fornituri tas-servisjar
awtorizzati.
3
TWISSIJIET TAS-SIGURTÀ
TAS-SERRIEQ MEKKANIKU
Żomm il-partijiet kollha tal-ġisem 'il bogħod mill-
katina tas-serrieq meta s-serrieq mekkaniku
jkun qed jitħaddem. Qabel ma tibda tħaddem
is-serrieq mekkaniku, kun żgur li l-katina tas-
serrieq ma jkollha kuntatt ma' xejn. Nuqqas
t'attenzjoni għal mument wieħed biss waqt li
tħaddem xi serrieq mekkaniku jista' jikkawża li l-
ilbies jew ġismek jitħabblu mal-katina tas-serrieq.
Dejjem żomm is-serrieq mekkaniku b'idek il-
leminija fuq il-manku ta' wara u b'idek ix-
xellugija fuq il-manku ta' quddiem. Jekk iżżomm
is-serrieq mekkaniku b'konfigurazzjoni opposta tal-
idejn, ikun hemm iktar riskju ta' korriment personali u
qatt m'għandu jsir hekk.
Żomm is-serrieq mekkaniku minn uċuħ tal-qabda
iżolati biss għax il-katina tas-serrieq tista' tiġi
f'kuntatt ma' wajers moħbija. Ktajjen tas-serrieq li
għandhom wajer 'live' jistgħu jikkaġunaw li l-partijiet
esposti tal-metall tas-serrieq mekkaniku jsiru 'live' u
jistgħu jagħtu xokk elettriku lill-operatur.
Malti
Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Hu rakkomandat
li tilbes tagħmir protettiv addizzjonali għas-
smigħ, ras, idejn, saqajn u riġlejn. Tagħmir
protettiv adegwat inaqqas korriment personali minn
tifrik li jtir jew kuntatt aċċidentali mal-katina tas-
serrieq.
Tħaddimx is-serrieq mekkaniku ġo siġra, minn
fuq xi sellum, minn fuq bejt jew minn xi appoġġ
mhux stabbli. Jekk tħaddem serrieq mekkaniku
b'din il-manjiera, jista' jkun hemm xi korriment
personali serju.
Dejjem qis li saqajk ikunu fis-sod u uża s-serrieq
mekkaniku biss meta tkun fuq wiċċ livell, fiss
u sigur. Uċuħ li jiżolqu jew mhux stabbli jistgħu
jikkawżaw telf ta' bilanċ jew tal-kontroll tal-katina tas-
serrieq.
Meta tqaċċat xi fergħa li tkun taħt tensjoni,
oqgħod attent għal xi spring back. Meta t-tensjoni
fil-fibri tal-injam tkun rilassata, l-ispring ta' ġol-fergħa
tista' tolqot lill-operatur u/jew twassal biex is-serrieq
mekkaniku jitlef il-kontroll.
Oqgħod attent immens meta taqta' pjanti u
sġajriet. Il-materjal irqiq u żgħir jista' jaqbad il-katina
tas-serrieq u jittajjar lejk jew itelliflek il-bilanċ.
Ġorr is-serrieq mekkaniku mill-manku ta'
quddiem bis-serrieq mekkaniku mitfi u 'l bogħod
minn ġismek. Meta tkun qed iġġorr jew
taħżen is-serrieq mekkaniku, dejjem iffittja l-
għatu tal-istanga gwida. It-tqandil kif suppost
tas-serrieq mekkaniku ser inaqqas iċ-ċans ta'
kuntatt aċċidentali mal-katina tas-serrieq li tkun qed
tiċċaqlaq.
Segwi l-istruzzjonijiet tal-lubrikazzjoni, tat-
tensjoni tal-katina u tat-tibdil tal-istanga u tal-
katina. Katina li ma tkunx b'tensjoni tajba jew
bla lubrikazzjoni jew tikser jew iżżid iċ-ċans għal
kickback.
Aqta' biss l-injam. Tużax is-serrieq mekkaniku
għal skopijiet mhux maħsuba. Pereżempju, tużax
serrieq mekkaniku biex taqta' metall, plastiks,
ġebel jew kwalunkwe materjal tal-bini li ma
jkunx tal-injam. L-użu ta' serrieq mekkaniku
għal operazzjonijiet differenti minn dawk li huma
maħsuba jista' jikkawża sitwazzjoni ta' periklu.
Tippruvax taqta' siġra sakemm tkun fhimt sew
ir-riskji u kif tevitahom. Tista' tikkaġuna korriment
serju lill-operatur jew lin-nies preżenti meta taqta'
siġra.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha meta tneħħi
materjal li jkun weħel, meta taħżen jew meta
tagħmel servis lis-serrieq mekkaniku Kun żgur
li l-iswiċċ ikun mitfi u li l-pakkett tal-batterija jkun
imneħħi. Attwazzjoni mhux mistennija tas-serrieq
mekkaniku waqt li tneħħi materjal li jkun weħel jew
waqt li tagħmel servis tista' twassal għal korriment
personali serju.
352

Advertenties

loading