protetta b'APPARAT TA' KURRENT RESIDWU
(RCD). L-użu ta' RCD inaqqas ir-riskju ta' xokk
elettriku.
2.3
SIGURTÀ PERSONALI
•
Oqgħod b'seba' għajnejn, ara xi tkun qed
tagħmel u uża s-sens komun meta topera
għodda tal-elettriku. Tużax għodda tal-elettriku
meta tkun għajjien jew taħt l-influwenza ta' drogi,
alkoħol jew medikazzjoni. Mument ta' nuqqas
t'attenzjoni waqt li tkun qed topera l-għodda tal-
elettriku jista' jwassal għal korriment serju personali.
•
Uża tagħmir personali protettiv. Dejjem ilbes
protezzjoni għall-għajnejn. Tagħmir protettiv
bħal maskra kontra t-trab, żraben tas-sigurtà
li ma jiżolqux, kappell sod li jipproteġi r-ras
jew protezzjoni għas-smigħ użati tajjeb inaqqsu l-
korrimenti personali.
•
Evita startjar mhux intenzjonat. Kun ċert li
l-iswiċċ ikun fil-pożizzjoni li tfisser li hu
mitfi qabel ma tqabbad is-sors tal-enerġija
u/jew il-pakkett tal-batterija u meta tiġbor jew
iġġorr l-għodda. Jekk iġġorr l-għodda tal-elettriku
b'subgħajk fuq l-iswiċċ jew jekk tenerġizza għodda
tal-elettriku li jkollhom l-iswiċċ mixgħul tkun qed
tistieden aċċidenti.
•
Neħħi kull għodda li taġġusta jew spaner qabel
ma tixgħel l-għodda tal-elettriku. Spaner jew
għodda li taġġusta li jitħallew imqabbdin ma' parti
li ddur tal-għodda tal-elettriku jistgħu jikkawżaw
korriment personali.
•
Tippruvax tilħaq iżżejjed. Żomm appoġġ xieraq
u bilanċ f'kull ħin. Dan jippermetti kontroll aħjar tal-
għodda li taħdem bl-enerġija f'sitwazzjonijiet mhux
mistennija.
•
Ilbes b'mod xieraq. Tilbisx ħwejjeġ laxki ħafna
jew ġojjellerija. Żomm xagħrek, l-ilbies u l-
ingwanti lil hinn minn partijiet li jiċċaqilqu.
Ħwejjeġ laxki, ġojjellerija jew xagħar twil jistgħu
jinqabdu fil-partijiet li jiċċaqilqu.
•
Jekk it-tagħmir huwa għall-konnessjoni tal-
faċilitajiet tal-estrazzjoni u tal-ġbir tat-trab, kun
ċert li dawn ikunu kkonnettjati u użati sew. L-
użu ta' sistemi tal-ġbir tat-trab jista' jnaqqas il-perikli
marbuta mat-trab.
•
Tħallix il-familjarità miksuba mill-użu frekwenti
ta' għodda tagħmlek issir kompjaċenti u tinjora l-
prinċipji tas-sigurtà tal-għodda. Azzjoni traskurata
tista' tikkawża korriment sever f'ħakka t'għajn.
2.4
UŻU U ĦSIEB TAL-GĦODDA TAL-
ELETTRIKU
•
Tisfurzax l-għodda tal-elettriku. Uża l-għodda tal-
elettriku adattata għall-applikazzjoni tiegħek. L-
għodda tal-elettriku adattata ser tagħmel il-kompitu
aħjar u iktar sigur bir-rata li kienet maħsuba għaliha.
Malti
•
Tużax l-għodda tal-elettriku jekk l-iswiċċ ma
jixgħelhiex u jitfihiex. Għodda tal-elettriku li ma
tistax tiġi kkontrollata bl-iswiċċ hi perikoluża u trid
tissewwa.
•
Skonnettja l-plagg mis-sors tal-elettriku u/jew
neħħi l-pakkett tal-batterija, jekk jinqala', mill-
għodda tal-elettriku qabel ma tagħmel xi
aġġustament, tibdel l-aċċessorji, jew taħżen l-
għodda tal-elettriku. Miżuri preventivi tas-sigurtà
bħal dawn inaqqsu r-riskju li tixgħel l-għodda tal-
elettriku aċċidentalment.
•
Aħżen l-għodda tal-elettriku li ma jkunux qed
jintużaw fejn ma jilħquhomx it-tfal u tħallix
persuni li ma jkunux familjari mal-għodda tal-
elettriku jew ma' dawn l-istruzzjonijiet joperaw
l-għodda tal-elettriku. Għodda tal-elettriku huma
perikolużi f'idejn utenti mhux imħarrġa.
•
Agħmel manutenzjoni ta' għodda tal-elettriku u
aċċessorji. Iċċekkja għal nuqqas ta' allinjament
jew irbit ta' partijiet li jiċċaqilqu, ksur ta'
partijiet u kull kundizzjoni oħra li tista' taffettwa
l-operazzjoni tal-għodda li taħdem bl-enerġija.
Jekk ikun hemm ħsara, ħu l-għodda tal-elettriku
għat-tiswija qabel ma tużaha. Ħafna aċċidenti
jiġru għax l-għodda tal-elettriku ma tkunx saritilha
manutenzjoni tajba.
•
Żomm l-għodda tal-qtugħ fi stat li taqta' sew u
nadifa. Għodda tal-qtugħ li ssirilhom manutenzjoni
tajba bi trufijiet ippuntati li jaqtgħu għandha inqas
ċans li teħel u hija iktar faċli li tikkontrollaha.
•
Uża l-għodda tal-elettriku, l-aċċessorji u l-
partijiet żgħar tal-għodda, eċċ. skont dawn l-
istruzzjonijiet u qis il-kundizzjonijiet ta' ħidma
u x-xogħol li għandu jsir. L-użu ta' għodda tal-
elettriku għal operazzjonijiet differenti minn dawk li
huma maħsuba jista' jikkawża sitwazzjoni ta' periklu.
•
Żomm il-mankijiet u wċuħ li jaqbdu xotti, nodfa
u ħielsa minn żejt u xaħam. Mankijiet li jiżolqu u
wċuħ li jaqbdu ma jħallux li jsir immaniġġjar b'mod
sigur u kontroll tal-għodda f'sitwazzjonijiet mhux
mistennija.
2.5
UŻU U KURA TAL-GĦODDA LI
TAĦDEM BIL-BATTERIJA
•
Erġa' ċċarġja biss biċ-ċarġer speċifikat mill-
fabbrikant. Ċarġer li hu addattat għal tip wieħed ta'
pakkett tal-batterija jista' jikkawża riskju ta' nar meta
jintuża ma' pakkett tal-batterija ieħor.
•
Uża l-għodda tal-elettriku biss ma' pakketti tal-
batterija maħsuba speċifikament għaliha. L-użu
ta' kull pakkett tal-batterija ieħor jista' joħloq riskju ta'
korriment u nar.
•
Meta pakkett tal-batterija ma jkunx qed jintuża,
żommu 'l bogħod minn oġġetti oħra tal-metall
bħal paper clips, muniti, ċwievet, imsiemer, viti
jew oġġetti oħra żgħar tal-metall li jistgħu jiġu
f'konnessjoni minn terminal wieħed għall-ieħor.
351
MT