Dan l-elmu ġie prodott taħt kundizzjonijiet stretti u huwa ċċertifikat skont l-istandard: EN
1385:04/2012 – elmu għall-isport tal-kenura u l-isport tal-whitewater u gwida għal tagħmir
ghall-protezzjoni personali: 2016/425
TWISSIJA! Elmi ċertifikati jistgħu joffrulek l-aħjar protezzjoni għar-ras kontra l-inċidenti iżda, jekk
jogħġbok innota li l-ebda elmu ma huwa indistruttibbli u r-riskju ta' korrimenti fir-ras huma dejjem
preżenti. L-ebda elmu ma jista' jipproteġi lil min jilbsu mill-inċidenti kollha prevedibbli. Skond it-tip
ta' impatt, anke incident b'veloċità baxxa ħafna jista' jirriżulta f'korriment serju tar-ras jew fatalità.
Dan l-elmu huwa ddisinjat biex jipproteġi r-ras u ma jistax jipproteġi kontra korrimenti ċervikali,
vertebrali jew oħrajn li jistgħu jirriżultaw minn inċident. Qabel l-użu, jekk jogħġbok ivverifika li
l-elmu qiegħed f'postu sew. Aqra b'attenzjoni dan il-manwal ta' struzzjoni qabel ma tuża l-elmu
tiegħek biex tifhem aħjar il-funzjonijiet, il-manutenzjoni u l-użu tiegħu. Jekk jogħġbok żomm dan
il-manwal sakemm ikollok l-elmu.
1) Użu
Dan l-elmu huwa magħmul biex jassorbi parti mill-enerġija ta' daqqa jew impatt. Mhuwiex adattat
għal: Sport bil-mutur, moped jew vetturi oħra bil-mutur. TWISSIJA! Jekk jogħġbok innota li huwa
meħtieġ li t-tfal ineħħu l-elmi tagħhom qabel ma jidħlu f'postijiet tal-logħob. Dan l-elmu ma
għandux jintuża mit-tfal meta jkunu qed jitilgħu jew meta jkun hemm riskju ta' taghllieq jew ta'
dendil, f'każ li t-tfal jinqabdu bl-elmu.
2) L-aħjar qagħda u tqegħid
Sabiex taqdi l-funzjoni protettiva tagħha, l-elmu tiegħek għandu jiġi aġġustat perfettament għar-ras
tiegħek. L-elmu għandu jkun imqieghed b'tali mod li l-quddiem ikun livell ma wara u parallel mal-
3) Issikkar tal-qaghda
L-aġġustament tal-elmu għad-daqs tar-ras individwali jista' jinkiseb b' sistema tat-twaħħil sempliċi
għall-użu. Dawwar ir-rota ta' aġġustament fuq wara tal-elmu biex taġġusta d-dijametru taċ-ċirku
tar-ras ghal rasek. Biex tivverifika jekk l-elmu tiegħek huwiex aġġustat b'mod korrett, caqlaq rasek;
l-elmu tiegħek m'għandux jimxi 'l quddiem, lura jew laġenba.
4) L-aġġustament taċ-ċineg
Meta tilbes l-elmu għall-ewwel darba, jekk jogħġbok aġġusta ċ-ċineg sabiex
jiltaqgħu b'mod issikkat u komdu taħt il-widnejn. Aġġusta ċ-ċineg sabiex jiffurmaw
"Y" bl-intersezzjoni dritt taħt il-lobu tal-widna mingħajr ma tgħatti dan. Iċ-ċinga
għandha tgħaddi taħt ix-xedaq qrib il-griżmejn u m'għandhiex tkun kontra
l-geddum. Aġġusta t-tul taċ-ċinga biex tkun komda iżda issikkata, billi tuża
s-slajders tal-plastik u l-bokkla tal-geddum. Biex tara jekk iċ-ċineg tiegħek humiex
aġġustati tajjeb ilbes l-elmu, bokkla u inbokkla. Iftaħ halqek. Għandek tħoss tensjoni zgħira kontra
l-gerżuma. Ipprova iġbed l-elmu min quddiem kif ukoll min wara; u m'għandux ikollu xi spazju.
Jekk l-elmu jiċċaqlaq, aġġusta u ssikka mill-ġdid sakemm taqbel sew. L-elmu m'għandux jigbed
'il quddiem jew lura.
TWISSIJA! M'għandekx tkun tista' tneħħi l-elmu meta c-cinga tkun maghluqa. L-elmu huwa
mgħammar b'sistema ta 'retenzjoni ddisinjata biex iżżomm l-elmu milli jiġi maħlul f'każ ta' inċident.
art sabiex tkun żgur li tista' tara b'mod ċar
u li l-viżjoni periferali tiegħek ma tkunx
imblukkata. L-elmu tiegħek m'għandux
jiġi inklinat lura fuq ir-ras sabiex jipproteġi
sewwa l-mohh (ara tpinġija).
5) Hażna, manutenzjoni u kura xierqa
L-elmu għandu jinħażen f'post xott. Tesponix l-elmu għal temperaturi 'l fuq min 50°c (122°f), din
l-espożizzjoni tista' tagħmel ħsara lill-elmu u tnaqqas l-abbiltajiet protettivi tagħha. Taħżinx wara
l-ħġieġ, bħal f'karozza (l-effett tal-ħġieġ tal-ħruq), ħdejn il-ħiters, jew viċin kwalunkwe sors ieħor
tas-sħana. Jekk jiġri hekk, ibdel l-elmu tiegħek; l-effettività tiegħu tista' tiġi kompromessa anki jekk
ma jkunx hemm evidenza viżibbli ta' ħsara. Tapplikax stikers jew żebgħa fuq l-elmu għax dan jista
' jkun ta' ħsara għall-materjal u jaffettwa l-prestazzjoni tiegħu. Qatt m'għandek timmodifika l-elmu
jew tużah għal kwalunkwe mezz ieħor għajr dak imsemmi qabel. Dejjem Uża spare parts oriġinali.
Jekk tissuspetta li l-elmu irċieva impatt kbir meta kien qed jintuża jew xorta oħra, anki jekk ma
jkunx hemm ħsara viżibbli, ibdel l-elmu. Dan l-elmu għandu ħajja ta' servizz limitat u għandu
jinbidel meta juri sinjali ovvji ta' użu, impatt jew m'għadux jaqbel sew. Jekk jogħġbok iċċekkja fuq
bażi regolari jekk l-elmu tiegħek jippreżenta xi sinjal ta' ħsara. Nirrakkomandaw li tissostitwixxi
l-elmu tiegħek kull ħames snin wara l-ewwel użu. Il-fowm fuq in-naħa ta' ġewwa jista' jitneħħa u
jinħasel bl-idejn bl-użu ta' ilma fietel u deterġenti hielsa mis-solventi. Il-qoxra ta' barra u l-ħolqa
tar-ras jistgħu jitnaddfu bl-użu ta' ilma fietel, deterġenti hielsa mis-solventi, u ċarruta ratba.
6) Garanzija
Il-manifattur ma jistax jinżamm responsabbli għal kwalunkwe ħsara diretta jew indiretta.
Il-garanzija tapplika biss għall-elmi li ġew użati b'mod korrett, wara l-istruzzjonijiet ippreżentati
f'dan il-manwal. Din il-garanzija ma tkoprix sinjali ta' użu u użu normali. Il-garanzija ma tkopri
l-ebda ħsara kkawżata minn inċidenti, negliġenza, trattament ħażin, aġġustamenti inkorretti jew
kwalunkwe użu minbarra l-użu rakkomandat mill-manifattur. Kwalunkwe modifika magħmula mill-
utent tannulla din il-garanzija. Din il-garanzija ma tkoprix l-ebda ħsara kkawżata mill-espożizzjoni
tal-elmu għal temperaturi għoljin.
Manifattur:
NORTHWEST RIVER SUPPLIES, INC.
1638 South Blaine Street
Moscow, ID 83843 – U.S.A.
Ċertifikata Aliénor Certifications - ZA du Sanital 86100 CHATELLERAULT France - 2754
TWISSIJA: Dan l-elmu huwa maħsub għall-Isport tal-kanura u għall-isport tal-whitewater.
Dan l-elmu mhux intiż ghall-uzu fil-klassi 5 u 6 tal-whitewater kif mogħtija mill-Federazzjoni
Internazzjonali tal-Kanura. Għall-protezzjoni adegwata, dan l-elmu għandu joqgħod fuq jew jiġi
aġġustat skond id-daqs tar-ras ta' l-utent. Dan il-elmu huwa ddisinjat biex jgħin jipprotegi minn
ħotob, grif u konkussjoni. L-elmu huwa magħmul biex jassorbi l-enerġija ta' daqqa permezz
ta' qerda parzjali jew ħsara lill-qoxra u l-arness, u għalkemm din il-ħsara tista' ma tkunx tidher
faċilment, kwalunkwe elmu soġġett għal impatt gravi għandu jiġi sostitwit. Tbiddilx jew tneħħi
l-ebda parti mill-komponenti oriġinali ta' l-elmu, minbarra kif rakkomandat mill-manifattur ta'
l-elmu. Elmi m'għandhomx jiġu adattati għall-iskop ta' twaħħil ta' aċċessorji bi kwalunkwe mod
mhux irrakkomandat mill-manifattur tal-elmu. Tapplikax żebgħa, solventi, adeżivi jew tikketti li
jwaħħlu weħidhom, ħlief skond l-istruzzjonijiet mill-manifattur tal-elmu. Għat-tindif, il-manutenzjoni
jew id-diżinfezzjoni, uża biss is-sustanzi li m'għandhoxm effett negattiv fuq l-elmu u li huma sikuri
għal min jilbisha, applika skond l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni tal-manifattur.