•Attent li tiżgura li il-kejbil tad-dawl ma jistax jinġibed 'il barra jew
isilu xi ħsara waqt l-operazzjoni.
•Tmisx il-pajp refriġerant jew il-pajp tal-ilma jew kwalunkwe partijiet
interni waqt li waqt li l-junit ukun qed jaħdem jew mill-ewwel wara
l-operazzjoni.
Manutenzjoni
•Tnaddafx l-apparat billi tisprejja l-ilma direttament fuq il-prodott.
•Qabel tnaddaf jew tagħmel il-manutenzjoni, skonnettja l-provvista
tal-enerġija u stenna sakemm jieqaf il-fann.
Sigurtà Teknika
•L-installazzjoni jew it-tiswijiet magħmula minn persuni mhux
awtorizzati jistgħu jkunu ta' riskju għalik u għall-oħrajn.
•Kull persuna li taħdem fuq jew tiftaħ ċirkwiti refriġeranti għandu
jkollha ċertifikat validu minn awtorità t'evalwazzjoni akkreditata
fl-industrija, li tawtorizza l-kompetenza tiegħu/ tagħha biex tagħmel
użu mir-refriġeranti b'sigurtà bi qbil mal-valutazzjoni ta'
speċifikazzjoni rikonoxxuta mill-industrija. (għal R32)
•Xogħol ta' manutenzjoni għandu jsir biss kif rakkomandat mill-
manifattur tat-tagħmir. Waqt xogħlijiet ta' manutenzjoni u tiswijijiet li
jinħtieġu l-għajnuna ta' persunal oħra mħarġa, għandhom jitwettqu
taħt is-superviżjoni ta' persuna kompetenti fl-użu ta' refriġeranti li
jistgħu jaqbdu. (għal R32)
•L-informazzjoni li hemm fil-manwal hija intiża għall-użu minn
tekniku tal-manutensjoni kwalifikat li hu familjari mal-proċeduri
tas-sigurtà u mgħammar bl-għodod u strumenti tal-ittestjar xierqa.
•In-nuqqas ta' qari u li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet kollha f'dan il-
manwal jista' jirriżulta f'funzjonament ħażin tat-tagħmir, ħsara
lill-proprjetà, korriment personali u/jew mewt.
MT
7