•Tinstallax il-kundizzjonatur tal-arja f'post fejn hemm maħżunin
likwidi li jieħdu n-nar jew gassijiet bħal petrol, propan, thinner
taż-żebgħa, eċċ.
•Kun żgur li l-pajp u l-kejbil tal-enerġija li jgħaqqdu l-unitajiet ta'
ġewwa u ta' barra mhumiex issikkati wisq meta tinstalla
l-kundizzjonatur tal-arja.
•Uża salvavita u fjus standard li jikkonformaw mal-klassifikazzjoni
tal-kundizzjonatur tal-arja.
•Iddaħħalx arja jew gass fis-sistema ħlief mar-refriġerant speċifiku.
•Uża gass li ma jaqbadx (nitroġenu) sabiex tiċċekkja għat-tnixxija u
tneħħi l-arja; l-użu ta' arja kkompressata jew gass li jaqbad jista'
jikkawża nar jew splużjoni.
•It-tqabbid tal-wajers ta' ġewwa/barra għandhom isiru sew, u l-kejbil
għandu jiġi mgħoddi kif suppost sabiex ma jkunx hemm forza li
tiġbed il-kejbil mit-terminals ta' konnessjoni. Konnessjonijiet ħżiena
jew laxki jistgħu jikkawżaw ġenerazzjoni ta' sħana jew nar.
•Installa żbokk elettriku ddedikat u salvavita qabel ma tuża'
l-kundizzjonatur tal-arja.
•Tqabbadx il-wajer tal-ert ma' pajp tal-gass, virga tas-sajjetti, jew
wajer tal-ert tat-telefon.
•Żomm ftuħ ta' ventilazzjoni meħtieġa mingħajr ebda ostruzzjoni.
(għal R32)
•Mezzi għal skonnessjoni għandhom ikunu inkorporati fil-wajers
fissi skont ir-regoli tal-wajers.
•Tinstallax l-unità f'atmosfera potenzjalment splussivi.
Tħaddim
•Agħmel ċert li tuża dawk il-partijiet elenkati fil-lista tal-partijiet
tas-servis biss. Qatt tipprova timmodifika t-tagħmir.
•Kun żgur li t-tfal qatt ma jitilgħu fuq jew jolqtu l-unità ta' barra.
•Armi l-batteriji f'post fejn ma hemmx periklu ta' nar.
•Uża r-refriġerant speċifikat fuq it-tikketta tal-kundizzjonatur tal-arja
biss.
MT
5