•Aqta' l-provvista tal-enerġija jekk hemm xi ħoss, riħa, jew duħħan
ħiereġ mill-kundizzjonatur tal-arja.
•Tħallix sustanzi li jaqbdu bħall-petrol, benżina, jew thinner qrib
il-kundizzjonatur tal-arja.
•Ikkuntattja lil ċentru awtorizzat tal-manutensjoni meta
l-kundizzjonatur tal-arja jegħreq taħt ilmijiet tal-għargħar.
•Tużax il-kundizzjonatur tal-arja għal perjodu estiż ta' żmien f'post
żgħir mingħajr ventilazzjoni xierqa.
•Fil-każ ta' tnixxijiet tal-gass (bħal Freon, gass propan, gass LP,
eċċ) ivventila biżżejjed qabel ma tuża l-kundizzjonatur tal-arja
mill-ġdid.
•Biex tnaddaf l-interjuri, ikkuntattja liċ-ċentru tal-manutensjoni
awtorizzat jew lil mingħand min xtrajtu. L-użu ta' deterġenti ħarxa
jista' jikkawża korrużjoni jew ħsara lill-unità.
•Agħmel ċert li tivventila biżżejjed meta l-kundizzjonatur tal-arja u
apparat tat-tisħin bħall-ħiter jintużaw fl-istess ħin.
•Timblukkax id-dħul jew il-ħruġ tal-fluss tal-arja.
•Iddaħħalx idejn jew oġġetti oħra fl-iżbokk tad-dħul jew tal-ħruġ
tal-arja waqt li jkun qed jaħdem il-kundizzjonatur tal-arja.
•Kun żgur li l-kejbil tal-elettriku mhuwiex maħmuġ, laxk, jew
maqsum.
•Qatt tmiss, tħaddem, jew issewwi l-kundizzjonatur tal-arja b'idejn
imxarrba.
•Tpoġġix kwalunkwe oġġett fuq il-kejbil tal-elettriku.
•Tpoġġix ħiter jew apparati għat-tisħin oħrajn qrib il-kejbil tal-
elettriku.
•Timmodifikax jew testendi il-kejbil tal-elettriku. Grif jew iżolament li
qed jitqaxxar fuq il-kejbils tal-elettriku jistgħu jirriżultaw f'nar jew
f'xokk elettriku, u għandhom jinbidlu.
•Aqta' l-provvista tal-elettriku minnufih f'każ ta' qtugħ tad-dawl jew
maltempata bir-ragħad.
6
MT