Download Inhoudsopgave Inhoud Print deze pagina

gs yuasa GYT117 Gebruikershandleiding pagina 98

Inhoudsopgave

Advertenties

Malti
Informazzjoni dwar ir-rimi u l-garanzija
Immarkar WEEE (rimi)
Il-prodotti kollha GS Yuasa li ntbagħtu bil-vapur mit-13 ta'
Awwissu 2005 li huma soġġetti għad-direttiva tal-WEEE huma
konformi mar-rekwiżit tal-immarkar WEEE. Tali prodotti ser
jiġu mmarkati bis-simbolu WEEE (muri fuq il-lemin) skont
l-Istandard Ewropew EN50419.
Kull tagħmir elettriku antik jista' jiġi riċiklat. Jekk jogħġbok tarmix ebda
tagħmir elettriku fl-iskart domestiku tiegħek, inkluż dawk immarkati b'dan
is-simbolu.
Informazzjoni għall-konsumatur/utent
Is-simbolu fuq il-prodott jew fuq il-pakkett tiegħu juri li dan il-prodott
m'għandux jintrema mal-iskart domestiku ieħor tiegħek. Minflok, hija
r-responsabbiltà tiegħek li tarmi dan l-iskart tat-tagħmir tiegħek billi
twasslu f'post apposta għar-riċiklaġġ ta' skart ta' tagħmir elettriku u
elettroniku. Għal iktar informazzjoni dwar fejn tista' tieħu l-iskart għar-
riċiklaġġ, jekk jogħġbok ikkuntattja l-awtorità lokali tiegħek, jew fejn xtrajt
il-prodott tiegħek.
Garanzija
Dan il-prodott huwa garantit għal ħsara qabel iż-żmien minħabba difetti
ta' manifattura jew ta' materjal għal perjodu ta' sentejn mid-data meta
nxtara. Fi żmien il-perjodu ta' garanzija, il-konsumatur għandu jikkuntattja
l-fornitur jew lid-distributur awtorizzat fejn il-prodott kun inxtara bil-prova
tax-xiri biex it-talba għall-garanzija tkun tista' tiġi pproċessata.
Il-bejjiegħa jistgħu jissottoskrivu u joffru estensjoni ta' garanziji lill-utenti
finali. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-post minn fejn xtrajtu għal iktar dettalji.
Il-perjodu ta' garanzija jibda jgħodd mid-data li tidher fuq il-prova tax-
xiri. Il-garanzija tgħodd biss għal min jixtri t-tester tal-batterija u mhijiex
trasferibbli.
Jekk il-konsumatur jiġi offrut tester tal-batterija ieħor, il-perjodu ta'
garanzija jibda jgħodd mid-data tax-xiri tat-tester tal-batterija oriġinali.
98

Advertenties

Inhoudsopgave
loading

Inhoudsopgave