Download Inhoudsopgave Inhoud Print deze pagina
Inhoudsopgave

Advertenties

Malti

Ħarsa Ġenerali
It-tester tal-konduttanza GS Yuasa GYT117 joffri metodu sempliċi biex
wieħed ikun jista' jiskrinja l-istat tas-saħħa tal-batteriji tal-aċtu taċ-ċomb
regolati bil-valv (VRLA) li jvarjaw minn 0.5Ah sa 25Ah.
Speċifikazzjonijiet
Medda operattiva tal-voltmetru: +6.0 sa +19.99 Vdc
Preċiżjoni tal-vultaġġ: firxa operattiva bejn +/–50 mV
Temperatura operattiva: –18 sa 50°C (0 sa 120°F)
Limiti tat-test tal-vultaġġ:
12V vultaġġ għoli = 13.80V
12V vultaġġ baxx = 12.00V
6V vultaġġ għoli = 6.90V
6V vultaġġ baxx = 6.00V
Firxa (għal prodotti) tas-Siemens: 20 sa 1200S
KAWTELA: Jekk wieħed jipprova jħaddem it-tester-GS Yuasa
GYT117 lil hinn mill-firxa operattiva speċifika tiegħu, dan jista'
jirriżulta fi ħsara permanenti fit-tester.
Prekawzjonijiet ta' sigurtà
Dejjem ikkonforma mal-istandards ta' sigurtà tal-faċilità meta tkun qed
tagħmel il-manutenzjoni tal-batterija.
Dejjem uża kawtela massima meta taħdem bil-batteriji.
Nuċċali tas-sigurtà u tagħmir protettiv personali ieħor (PPE) għandhom
jintlibsu. Jekk ma tagħmilx hekk, ikun hemm riskju ta' korriment
personali.
Biex tevita xokk elettriku, neħħi l-oġġetti personali tal-metall bħal
ċrieket, brazzuletti, ġiżirani u arloġġi.
Sabiex tiddetermina jekk il-batterija tistax tiġi ttestjata b'mod sigur,
spezzjona l-kaver tal-batterija biex tara jekk hux minfuħ, hux qed inixxi,
hemmx qsim/xquq fil-kaver, jew sinjali viżibbli oħra ta' difetti jew
problemi.
Kejl ta' konduttanza u vultaġġ
Il-Konduttanza hija indikatur tal-istat ta' saħħa tal-batterija u l-ħila tagħha li
tilħaq il-kapaċità nominali tagħha. Il-GS Yuasa GYT117 ikejjel u juri l-vultaġġ
tal-kurrent dirett (Vdc) u l-konduttanza għal kwalunkwe batterija ta' 6 jew
12-il Volt b'firxa ta' bejn 0.5 u 25 siegħat ta' Ampere (Ah) ta' kapaċità ta'
skarika. Il-Vultaġġ DC huwa kejl tal-potenzjal elettriku tal-batterija.
Il-konduttanza huwa kejl relattiv tal-abilità tal-batterija biex tilħaq
il-kapaċità nominali tagħha. It-tester-GS Yuasa GYT117 juri l-valur tal-
konduttanza f'Siemens (S). Ġeneralment, kejl għoli relattiv ta' konduttanza
jkun indikazzjoni li l-batterija hija tajba filwaqt li kejl baxx jindika batterija fi
stat degradat.
94

Advertenties

Inhoudsopgave
loading

Inhoudsopgave