Malti
Soluzzjonijiet f'Każ ta' Problemi
TOO LO: Il-Vultaġġ tal-batterija jinsab taħt il-firxa operattiva speċifikata (<
6.00V għal batterija ta' 6V jew <12.00V għal batterija ta' 12V).
ATTENT: Jekk il-batterija tkun inqas minn 5.5V, it-tester mhux ser
jaħdem.
TOO HI: Il-Vultaġġ tal-batterija huwa iktar mill-firxa operattiva speċifikata
(< 6.90V għal batterija ta' 6V jew <13.80V għal batterija ta' 12V).
999 (jew 9999 meta tagħfas ENTER): Il-batterija qabżet il-firxa
speċifikata. Irreferi għal 'Speċifikazzjonijiet' għall-medda operattiva tat-
tester.
Interferenza elettromanjetika żejda tista' tikkawża li t-tester jiġi rrisettjat.
Jekk it-tester jirrisettja waqt l-ittestjar, skonnettjah minn mal-batterija, erġa'
qabbdu u ibda l-proċess tal-ittestjar mill-ġdid.
Kif tistabbilixxi valur ta' riferenza tal-konduttanza
Il-prestazzjoni tal-batterija tiddependi mit-temperatura. Ħalli l-batteriji
jilħqu t-temperatura tal-kamra qabel tibda tittestja - idealment madwar
25°C (77°F). Irreferi għall-iskala sussegwenti ta' kumpens tat-temperatura
tal-batterija hawn taħt għall-fattur ta' kumpens.
Minħabba li l-konduttanza hija kejl relattiv, jeħtieġ li l-ewwel tistabbilixxi
valur ta' riferenza billi tittestja numru ta' batteriji ġodda bħala kampjuni.
Sabiex tistabbilixxi valur ta' riferenza, ħu nota tal-medja ta' mill-inqas
għaxar batteriji tal-istess mudell jew simili li jkunu ċċarġjati kompletament,
preferibbilment fi żmien 90 ġurnata mill-installazzjoni tagħhom. GS
Yuasa tirrakkomanda li l-batteriji kollha għandhom jiġu ttestjati f'medda
ta' 20% waħda mill-oħra (+/–10% tal-valur medju). (Ikkonsulta l-fornitur
tal-batterija tiegħek għal valuri ta' konduttanza). Jekk batteriji ġodda
mhumiex disponibbli, ħu nota tal-valur medju ta' batteriji tal-istess mudelli
jew simili li jkunu nstallati, irrispettivament minn kemm ikunu qodma. Jekk
il-batteriji nstallati jittestjaw f'medda ta'10% waħda mill-oħra, l-ogħla valur
jista' jintuża bħala valur ta' riferenza temporanju sakemm jkunu disponibbli
-batteriji ġodda għall-ittestjar.
96