Download Inhoudsopgave Inhoud Print deze pagina
Inhoudsopgave

Advertenties

Beschikbare talen
  • NL

Beschikbare talen

  • DUTCH, pagina 69

BATTAL U VVERIFIKA L-PRODOTT

Oħroġ il-prodott mill-kaxxa tiegħu u ċċertifika li huwa sħiħ u li m'hemmx
sinjali viżibbli ta' ħsara minħabba trasport.
Jekk għandek dubju, tużax l-apparat u ikkuntattja l-eqreb Ċentru ta'
Assistenza Teknika.
ATTENZJONI! Perikoluż għat-tfal.
Il-materjali tal-ippakkjar (boroż tal-plastik, polystyrol
imwessa' , eċċ) m'għandhomx jitħallew f'postijiet li jistgħu
jintlaħqu mit-tfal għax huma sorsi potenzjali ta' periklu.
TWISSIJIET DWAR IS-SIGURTÀ ELETTRIKA
L-użu ta' apparati elettriċi jimplika l-ħarsien ta' xi regoli fundamentali.
B'mod partikolari:
• tesponix l-apparat għall-elementi atmosferiċi (xita, xemx, eċċ);
• dejjem skonnettja l-plagg mis-sokit, mingħajr ma tiġbed il-kejbil.
• Tużax il-prodott jekk il-kejbil jew partijiet oħra jidhru bil-ħsara. Jekk il-
kejbil tal-elettriku huwa bil-ħsara għandu jiġi sostitwit mill-manifattur
jew mis-servizz tiegħu ta' assistenza teknika jew minn persuna bi
kwalifika simili, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju.
• Aktar protezzjoni hija rrappreżentata mill-integrazzjoni, fil-ċirkwit
elettriku domestiku, ta' mekkaniżmu ta' sigurtà kontra l-kurrenti ta'
ħsara, li jkollhom kurrent nominali li ma jaqbiżx 30mA.
• Għandek tikkuntattja l-elettriċista tiegħek għal aktar informazzjoni.
Is-sigurtà ta' dawn l-apparati elettriċi hija konformi mar-regoli tekniċi
rikonoxxuti u mal-liġi dwar is-sigurtà tat-tagħmir elettriku.
• Tħallix il-plagg imdaħħal bla bżonn fis-sokit imma skonnettjah
l-apparat meta l-apparat mhux qed jintuża.
• Qiegħed il-prodott fuq uċuh ċatti u stabbli 'l bogħod minn sorsi ta'
sħana.
202

Advertenties

Inhoudsopgave
loading

Inhoudsopgave